User manual
Sejbien ta' problemi
104/164
5 Sejbien ta' problemi
PROBLEMA Kawża possibbli
L-LED tal-istatus ma' jixgħelx
Ebda provvista ta' enerġija – iċċekkja l-RCD u s-circuit breaker u
ixgħel jekk ikun hemm bżonn.
Ħsara – Ikkuntattja l-aġent tas-servizz tiegħek.
L-iċċarġjar mhux qed jibda
Il-plagg mhux imqabbad sew - aqla' l-plagg u erġa' pplaggjah.
Il-proċedura tal-iċċarġjar ma twettqitx kif suppost – segwi l-
istruzzjonijiet fil-kapitolu "↪ 2 Użu tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-
elettriku [101]".
Huwa possibbli li l-plagg għandu xi ħmieġ jew danni fiż-żona fejn
jissakkar – naddaf jew biddel il-plagg.
Il-vettura m'għandhiex bżonn tiċċarġja jew għandha xi ħsara –
iċċekkja l-vettura.
Il-vettura ġiet ipprogrammata biex tiċċarġja aktar tard.
Il-vettura ma ċċarġjatx
kompletament / ħin itwal ta'
ċċarġjar
Tnaqqis fil potenza minħabba f'temperatura għolja wisq mill-
vettura jew stazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku:
- ipproteġi l-vettura u l-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku mix-xemx
diretta waqt l-iċċarġjar (carport, garage,…)
- wettaq spezzjoni viżwali tal-mekkaniżmu għall-ipplaggjar biex
tidentifika ħmieġ, tqagħbir jew danni.
Jekk ikun hemm bżonn ikkuntattja l-aġent tas-servizz tiegħek.
Nuqqas ta' rilaxx mill-element ta' kontroll estern (fornitur tal-
enerġija, sistema fotovoltajka,...)
Il-plagg standard ma jridx joħroġ
mis-sokit
L-iċċarġjar ma ġiex imwaqqaf mill-vettura – Waqqaf l-iċċarġjar
skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.
Jista' jagħti l-każ li l-plagg jibqa' msakkar jekk ikun imġebbed –
Agħfas il-plagg 'il ġewwa u erġa' pplaggja l-kejbil fil-vettura.
Mbagħad erġa' waqqaf il-proċedura tal-iċċarġjar.
L-LED tal-istatus ipetpet aħmar
Disfunzjoni – ibda billi tiċċekkja l-kawżi possibbli għall-iżball f'każ
ta' disfunzjonament (*).
Itfi l-provvista tal-elettriku tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku (l-
RCD installat jew prinċipali u s-circuit breaker). Aqla' l-kejbil tal-
iċċarġjar mill-vettura u mill-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku. Erġa'
ixgħel il-provvista tal-elettriku.
Ħsara – Ikkuntattja l-aġent tas-servizz tiegħek.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok aqra l-lista ta' mistoqsijiet frekwenti fuq www.kecontact.com.