User manual
Sejbien ta' problemi
106/164
Żbalji fl-unità tal-provvista (jintwerew bil-kuluri aħmar/blu):
"blu / blu / aħmar / aħmar"
Żball 4003 [0011]
Kurrent eċċessiv fil-vettura:
Il-vettura ma żammitx mal-kurrent massimu permess u
ġiet mitfija – jekk terġa' titfaċċa din il-problema,
għandek tieħu l-vettura l-garaxx sabiex jiċċekkjawha.
"blu / aħmar / blu / aħmar"
Żball 8005 [0101]
Kurrent residwu fil-vettura:
Iċċekkja l-kejbil, jista' jkun żball minħabba f'maltemp,
skonnettja istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku
temporanjament mill-mejns u erġa' ibda l-proċedura tal-
iċċarġjar – jekk terġa' titfaċċa din il-problema, għandek
tieħu l-vettura l-garaxx sabiex jiċċekkjawha.
Risettjar ta' żball:
Jekk il-proċedura tal-ipplaggjar jew iċċarġjar tiġi interrotta, l-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku tipprova terġa'
tibda' l-proċedura awtomatikament (sa mass. ta' 5 darbiet).
Jekk l-iċċarġjar ma jkunx jista' jerġa' jibda, l-iżball għandu jiġi rikonoxxut billi jitwaqqaf l-iċċarġjar bil-
proċedura normali (ara l-kapitolu "↪ 2 Użu tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku [101]") jew jekk ikun hemm
bżonn permezz ta' restart tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku. F'każ ta' okkorrenza ripetuta ta' żball mingħajr
bażi raġonevoli, jekk jogħġbok ikkuntattja l-aġent tas-servizz tiegħek.