User manual

Informazzjoni importanti
99/164
1.3 Avviżi għas-sigurtà
AVVIŻ!
Periklu minn elettriku!
L-installazzjoni, l-ikkummissjonar inizjali u l-manutenzjoni tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-
elettriku għandhom jitwettqu biss minn elettriċisti mħarrġa, kwalifikati u awtorizzati
(1)
li
waqt il-proċess ikunu kompletament responsabbli għall-osservanza tal-istandards
eżistenti u l-Manwal tal-Installazzjoni. Għad-dettalji, ara l-"Manwal tal-Installazzjoni
(għall-ispeċjalista)".
Periklu elettriku / periklu ta' nar!
Qatt tuża plaggs tal-iċċarġjar difettużi, mherrija jew maħmuġin.
Is-sid (l-utent aħħari) għandu jiżgura li l-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku titħaddem biss
f'kondizzjoni perfetta.
L-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku għandha tiġi spezzjonata regolarment għal difetti fis-
sokit jew plagg tal-iċċarġjar (inkluż il-kejbil tal-iċċarġjar) u għal danni fuq l-għeluq
protettiv tat-tagħmir (spezzjoni viżwali).
Jekk l-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku tkun danneġġata, din għandha tintefa u tiġi
sostitwita immedjatament.
Mhux permess li jitwettqu tiswijiet fl-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku. Dawn jistgħu
jitwettqu biss mill-manifattur (sostituzzjoni tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku)!
Twettaqx bidliet mhux awtorizzati u modifikazzjonijiet fl-istazzjon tal-iċċarġjar bl-
elettriku!
Tneħħi ebda mmarkar bħal simboli ta' sigurtà, avviżi ta' twissija, tabelli ta' prestazzjoni,
pjanċi ta' identifikazzjoni jew immarkar tal-kejbils!
L-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku mhix mgħammra bi swiċċ tagħha! L-RCD u s-circuit
breaker iservu bħala apparat għall-iskonnettar mill-mejns.
Tuża qatt kejbils ta' estensjoni biex tqabbad vetturi elettriċi mat-tagħmir għall-provvista
tal-elettriku.
Huwa permess li tqabbad biss vetturi elettriċi jew iċ-ċarġers tagħhom. Tqabbadx
apparat ieħor (għodod elettriċi, eċċ)!
Aqra l-avviżi u l-istruzzjonijiet tal-vettura tiegħek b'attenzjoni qabel ma tiċċarġja l-
vettura tiegħek mal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku.
Ventilazzjoni:
Minħabba r-riskju ta' formazzjoni ta' gassijiet tossiċi jew splussivi waqt l-iċċarġjar fuq
ġewwa, xi vetturi jeħtieġu sistema ta' ventilazzjoni esterna.
(1)
Persuni b'taħriġ professjonali, għarfien u esperjenza kif ukoll għarfien tal-istandards rilevanti, jistgħu
jevalwaw ix-xogħlijiet assenjati u l-perikli potenzjali.
In-nuqqas ta' osservanza tal-avviżi għas-sigurtà jista' jwassal għal periklu potenzjalment
fatali, korrimenti u ħsara fit-tagħmir! KEBA AG tiċħad kull responsabbiltà għal kwalunkwe
pretensjoni li tirriżulta minn dan!
mt