User manual

Proċedura tal-awtorizzazzjoni
57/92
2.2 Programmazzjoni tal-karti RFID (fakultattiva)
Programmazzjoni tal-karti RFID
Il-programmazzjoni tal-karti tal-utent RFID (attwalment mass. ta' 20 waħda) tista' ssir biss
permezz ta' RFID Master Card. L-RFID Master Card tippermetti li tiġi attivata jew diżattivata l-
modalità ta' programmazzjoni.
L-ewwel karta RFID rikonoxxuta mill-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku tiġi ssejvjata
awtomatikament bħala RFID Master Card.
Żomm il-Master Card li se tiġi programmata quddiem is-senser tal-RFID u stenna għat-ton ta'
sinjalizzazzjoni. Issa l-RFID Master Card ġiet programmata. Titlef qatt din il-karta.
Programmazzjoni tal-karta tal-utent RFID
Żomm l-RFID Master Card quddiem is-senser tal-RFID u stenna għat-ton ta' sinjalizzazzjoni.
Poġġi l-karta tal-utent RFID ġdida quddiem is-senser tal-RFID qabel ma jgħaddu 5 sekondi u stenna
għat-ton ta' sinjalizzazzjoni.
Għall-konfermazzjoni, erġa' poġġi l-RFID Master Card quddiem is-senser tal-RFID qabel ma jgħaddu 5
sekondi u stenna għat-ton ta' sinjalizzazzjoni. Issa l-karta tal-utent RFID ġiet programmata.
Tħassir tal-karti RFID kollha mill-memorja
Neħħi l-kaver tal-kaxxa tat-terminali tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku u agħfas [l-iswiċċ tas-servizz]
għal 5 sekondi. Il-karti RFID issejvjati kollha (inkluż il-Master Card) jitħassru.
Erġa' ibda bil-programmazzjoni tal-RFID Master Card.
Diżattivazzjoni tal-funzjoni tal-RFID
Neħħi l-kaver tal-kaxxa tat-terminali tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku u agħfas [l-iswiċċ tas-servizz]
għal 5 sekondi. Il-karti RFID issejvjati kollha (inkluż il-Master Card) jitħassru.
Il-funzjoni tal-RFID tiġi ddiżattivata jekk ebda karta RFID ma titpoġġa quddiem is-senser għas-60
sekonda li jmiss. Wara d-diżattivazzjoni, id-dawl tal-LED tal-istatus jinbidel minn blu għal aħdar.
Attivazzjoni tal-funzjoni tal-RFID
Neħħi l-kaver tal-kaxxa tat-terminali tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku u agħfas [l-iswiċċ tas-servizz]
għal sekonda sabiex tirristartja l-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku.
Erġa' ibda bil-programmazzjoni tal-RFID Master Card.
mt