User manual

Informazzjoni importanti
98/164
1.2 Avviżi dwar il-prodott
It-tagħmir iġorr il-marka CE.
Id-dikjarazzjoni ta' konformità korrispondenti tista' tinkiseb minn KEBA AG.
Avviż dwar ir-rimi tal-prodott
Is-simbolu bil-kontenitur għall-iskart maqtugħ ifisser li t-tagħmir elettriku u elettroniku, kif ukoll l-
aċċessorji għandhom jintremew separatament mill-iskart domestiku ġenerali. L-avviżi jinsabu
fuq il-prodott, fl-istruzzjonijiet għall-użu jew fuq l-ippakkjar.
Il-materjali huma riċiklabbli skont it-tikkettjar tagħhom. Meta tuża mill-ġdid, tirriċikla l-materjali
jew tagħmel użu ieħor minn tagħmir antik tkun qed tagħti kontribut importanti għall-protezzjoni
tal-ambjent tagħna.
Rimi ta' batteriji
Il-batteriji jew akkumulaturi huma skart tossiku u għandhom jintremew b'mod xieraq. Għalkemm
il-batteriji għandhom vultaġġ baxx, jekk jixxortjaw dawn jistgħu jemettu biżżejjed kurrent biex
iqabbdu materjali kombustibbli. Għalhekk ma tistax tarmihom flimkien ma' materjali konduttivi
(bħal frak tal-ħadid, steelwool maħmuġ biż-żejt, eċċ).
Il-Manwal tal-Installazzjoni jista' jitniżżel mill-Internet billi żżur www.kecontact.com.
Il-Firmware l-aktar reċenti jista' jitniżżel mill-Internet billi żżur www.kecontact.com (fiż-żona tad-
Downloads). Firmware ġdid jista', pereżempju, jirrikonoxxi standards li jkunu nbidlu jew itejjeb il-
kompatibbiltà ma' vetturi elettriċi ġodda.