User manual

Proċedura tal-awtorizzazzjoni
56/92
2 Proċedura tal-awtorizzazzjoni
Senser RFID
Is-senser RFID [R] iservi għall-awtorizzazzjoni
mingħajr kuntatt ta' utent permezz ta' karti jew tags
MIFARE skont ISO14443.
Swiċis b' ċavetta
Is-swiċċ b' ċavetta [S] iservi għall-awtorizzazzjoni ta'
utent b'ċavetta.
2.1 Awtorizzazzjoni (proċedura ġenerali)
Għall-iċċarġjar bl-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku, l-utenti jingħataw awtorizzazzjoni permezz
ta' swiċċ b'ċavetta jew karta tal-utent RFID, skont il-verżjoni tat-tagħmir eżistenti.
Awtorizzazzjoni meħtieġa
L-LED tal-istatus ipetpet blu bil-mod kull 3 sekondi.
Awtorizzazzjoni b'suċċess
Meta l-awtorizzazzjoni sseħħ b'suċċess tistema' sekwenza ta' toni li jogħlew.
L-awtorizzazzjoni ma rnexxietx
Meta l-awtorizzazzjoni ma tirnexxiex tistema' sekwenza ta' toni li jitbaxxew.
Avviż
Jekk l-iċċarġjar ma jinbediex f'temm 60sekonda wara li tkun ingħatat awtorizzazzjoni b'suċċess,
ir-rilaxx jiġi kkanċellat awtomatikament.