User manual

Ħarsa ġenerali
55/92
1 Ħarsa ġenerali
Dan il-manwal huwa estensjoni tal-"Manwal tal-Utent". L-istruzzjonijiet u l-avviżi għas-sigurtà fil-
manwal tal-utent għandhom jiġi osservati kollha!
Wettaq l-installazzjoni tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku skont il-"Manwal tal-Installazzjoni".
1.1 LED tal-istatus
LED tal-istatus - segmenti
L-LED tal-istatus jinforma dwar il-kondizzjoni ta'
tħaddim tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku. Dan
jikkonsisti f'4 segmenti (S1 sa S4) li kapaċi jixgħelu/
ipetptu flimkien jew singolarment b'kuluri differenti.
L-LED tal-istatus jidher biss jekk ikun hemm provvista
tal-elettriku attiva.
Jekk mhux speċifikat b'mod ieħor, l-erba' segmenti
jixgħelu flimkien.
LED tal-istatus Funzjonament
Ipetpet bil-mod
kull 3 sekondi
blu Awtorizzazzjoni neċessarja (l-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku għadha
ma ġietx awtorizzata kif suppost; huwa meħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni
permezz ta' RFID, swiċċ b'ċavetta jew rilaxx estern)
Jixgħel
kontinwament
blu Għadu meħtieġ li jsir rilaxx estern (l-awtorizzazzjoni bl-RFID jew swiċċ
b'ċavetta seħħet korrettament; il-vettura ġiet ipplaggjata korrettament;
għadu meħtieġ li jsir rilaxx estern għar-rilaxx tad-dħul)
Is-segment 1 jixgħel oranġjo Modalità ta' programmazzjoni RFID (din il-modalità tippermetti li jiġu
programmati karti RFID. Għad-dettalji ara l-kapitolu " 2.2
Programmazzjoni tal-karti RFID (fakultattiva) [57]")
mt