User manual
Manutenzjoni
107/164
6 Manutenzjoni
Ġeneralment, l-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku m'għandhiex bżonn ta' manutenzjoni iżda għandha tiġi
spezzjonata regolarment mis-sid għal difetti fis-sokit jew plagg tal-iċċarġjar (inkluż il-kejbil tal-iċċarġjar) u għal
danni fuq l-għeluq protettiv tat-tagħmir.
6.1 Tindif
Naddaf l-għeluq protettiv tal-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku b'ċarruta niedja kull meta jkun hemm
bżonn. Il-ħmieġ diffiċli jista' jitneħħa b'deterġent ħafif mingħajr solventi u li ma jobroxx.
6.2 Aġent tas-servizz
Għal mistoqsijiet jew problemi jekk jogħġbok ikkuntattja l-kumpanija tal-installazzjoni elettrika responsabbli.
Qabel ma tikkuntattja l-aġent tas-servizz tiegħek:
● Iċċekkja l-miżuri ta' sejbien ta' żbalji msemmija fil-kapitolu "↪ 5 Sejbien ta' problemi [104]".
● Iċċekkja l-miżuri ta' sejbien ta' żbalji msemmija fil-manwal tal-manifattur tal-vettura.
● Ħu nota tal-verżjoni tal-mudell u n-numru tas-serje tat-tagħmir (fuq il-pjanċa tal-identifikazzjoni li tinsab
fil-parti superjuri tat-tagħmir).
Pjanċa tal-identifikazzjoni
[A]…Verżjoni tal-mudell
[B]…Numru tas-serje
[C]…Numru tal-materjal
[D]…Tip tat-tagħmir
mt