Operation Manual

317
MT
STRUZZJONI MANWAL LUPA
MALTI
4) Meta tagħżel id-direzzjoni tal-waqgħa tas-
siġra tqis dawn il-fatturi ta’ varjabbiltà.
a) - Ħafna friegħi fuq naħa waħda biss tas-siġra.
b) - Inklinazzjoni tas-siġra.
c) - Direzzjoni tar-riħ (taqtax siġar meta r-riħ ikun
qawwi)
d) - Injam danneġġjat
5) Osserva b’attenzjoni l-kundizzjonijiet ambjen-
tali deskritti fil-punt “REGOLI ĠENERALI TA
SIGURTÀ punt A6”.
6) Eħles il-bażi taz-zokk billi taqta’ friegħi u
għeruq kbar.
7) Biex tiddetermina d-direzzjoni tal-waqgħa:
a) agħmel talja (fig.12) fil-ġenb taz-zokk fejn trid
li jaqa’. Idħol sa madwar 1/3 tad-dijametru taz-
zokk.
b) agħmel il-qatgħa fuq in-naħa l-oħra tat-talja
(fig.13) f’livell ogħla b’madwar 5 cm.
c) ATTENZJONI !! ittemmx il-qatgħa iżda ħalli
biżżejjed injam (fig.13 part.1) biex jagħmilha ta’
ċirniera matul il-waqgħa tas-siġra biex jikkont-
rolla d-direzzjoni.
d) uża feles biex tiddetermina l-waqgħa (fig.14).
e) hekk kif is-siġra tibda taqa’, warrab fid-direz-
zjoni li dde
ċidejt qabel ma bdejt il-proċess tal-
qtugħ (fig.17).
8.2 QTUGĦ TA FRIEGĦI U ZKUK MAL-ART
Zokk mimdud fuq it-truf tiegħu:
1) agħmel qatgħa minn fuq għal 1/3 tad-dijametru
(fig.15).
2) temm il-qatgħa minn isfel bin-naħa ta’ fuq tal-
virga.
Fergħa/Zokk li mhux imserraħ:
1) ibda b’qatgħa minn isfel għal 1/3 tad-dijametru
(fig.16) bin-naħa ta’ fuq tal-virga.
2) temm il-qatgħa minn fuq.
8.3 BREJK TAL-KATINA
Il-LUPA tiegħek hija mgħammra bi brejk ta’ sigurtà
tal-katina biex jimblokka l-katina (f’każ ta’ kontra-
kolp) fi frazzjoni ta’ sekonda.
a) Il-brejk jidħol awtomatikament f’każ ta’ kontra-
kolp qawwi azzjonat mill-inerzja tal-lieva tal-brejk
(fig.30).
b) F’każ ta’ kontrakolp inqas qawwi, il-brejk tal-
katina jista’ jiddaħħal awtomatikament meta jkun
hemm kuntatt tal-lieva mal-id ix-xellugija.
Għalhekk: dejjem żomm il-LUPA b’idejk it-
tnejn.
Ftakar dejjem li l-brejk tal-katina ma
jagħtix protezzjoni totali.
Għalhekk huwa indispensabbli
li inti tevita kull każ ta’ periklu diġà mfisser
fil-KAPITLU SIGURTÀ preċedenti (punti tal-
paragrafi A17-A18)
c) Il-brejk tal-katina jista’ jiddaħħal anke manwal-
ment meta timbotta l-lieva ’l quddiem (fig.30).
d) Il-brejk jiġi rilaxxjat billi tiġbed il-lieva lejn il-
ħendil ta’ quddiem (fig.31).
e) Qabel tagħmel kwalunkwe xogħol:
- ivverifika manwalment li l-lever jista’ ji
ċċaqlaq ’il
quddiem u lura.
- poġġi ċ-chainsaw fuq post ċatt mingħajr periklu
- startja l-magna tiegħu
- daħħal il-brake (Fig. 30)
- aqbdu b’idejk it-tnejn
- agħfas s'isfel il-lever tal-aċċellerazzjoni għal
ftit ħin (madwar 2 sekondi). M'għandekx tuża
ċ-chainsaw:
1) jekk il-katina tibda tiċċaqlaq;
2) jekk il-brake lever ma jikklikkjax x'ħin tagħfsu;
STOP
Fig. 30